Tħabbret il-mewt tal-eks attakkant tal-Ingilterra u ta’ Liverpool Roger Hunt, fl-eta’ ta’ 83 sena. Hunt kien parti mill-iskwadra Ingliża li rebħet it-Tazza tad-Dinja tal-1966 kif ukoll huwa l-aqwa rekord ta’ kull żmien ta’ Liverpool fil-league, b’244 gowl.
Hunt lagħab 34 darba mat-tim nazzjonali Ingliż fejn skorja 18-il gowl, fosthom tliet gowls fit-tliet partiti tal-grupp fit-Tazza tad-Dinja tal-1966. Ma’ Liverpool hu ddebutta fl-1962 fit-tieni diviżjoni tal-league Ingliż, biex rebaħ l-ewwel diviżjoni fl-1964 u fl-1966, u l-FA Cup fl-1965.
Il-kowċ ta’ Liverpool Jurgen Klopp fakkar fl-importanza ta’ Roger Hunt għas-suċċess li kiseb il-club fil-passat, filwaqt li offra l-kondoljanzi lil qraba u ħbieb.
Aktar kmieni dan ix-xahar miet ukoll l-attakkant Jimmy Greaves, fl-eta’ 81 sena, fejn lagħbu flimkien għat-tim nazzjonali Ingliż fit-Tazza tad-Dinja tal-1966.
//= $special ?>