Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, numru ta’ amministraturi, kowċis u atleti oħra ħadu sehem fl-ewwel Athletics Forum li kien organizzat minn Atheltics Malta hekk kif il-federazzjoni qed tħares tgħolli l-livell ta’ dan l-isport.
Dan il-proċess qed ikun appoġġjat mill-European Athletics li għażel lil Malta bħala wieħed mill-51 pajjiż Ewropew sabiex jorganizza dan il-pjan. Waqt dan l-avveniment, il-parteċipanti kollha li ħadu sehem tkellmu dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li qed jaffaċċjaw l-atleti biex dan l-isport ikompli jikber f’pajjiżna.
Fost it-temi diskussi waqt dan l-avveniment kien hemm il-governanza, l-amminstrazzjoni, l-infrastruttura, is-sostennibilità, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ambjent sportiv. Workshop ieħor kien iddedikat għall-kowċis u għall-atleti.
Il-President ta’ Athletics Malta ddeskriva dan l-avveniment bħala wieħed ta’ valur għall-federazzjoni hekk kif bħal kull entità oħra għandha l-aspetti pożittivi u anke d-dgħufijiet tagħha. Grech, ħabbar li fi Frar tas-sena d-dieħla, Atheltics Malta se tkun qed tniedi pjan għall-ħames snin li ġejjin.
//= $special ?>