Lokali Saħħa

Konferma li l-Gvern għadu qed ikaxkar saqajh dwar id-deal ma’ Steward

Minflok il-Gvern Laburista jwaqqa’ l-kuntratt skandaluż ta’ Steward Healthcare, qed ikompli jiddiskuti magħhom dwar x’jista’ jsir biex dan il-kuntratt ma jitwaqqafx.

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne stess ikkonferma li għadhom għaddejjin dawn id-diskussjonijiet. Bil-Ministru jerġa’ jammetti li hemm partijiet mill-kuntratt ma’ Steward Healthcare li setgħu saru aħjar. Iżda minkejja dan, jibqa’ jżomm id-deal.

“Bdejna diskussjonijiet ma’ Steward Healthcare fuq xi aspetti ta’ konċessjoni. Għax bħala Gvern kien hemm partijiet mill-konċessjoni li ma konniex kuntenti bil-mod ta’ kif kienet qiegħda titħaddem.”

…turija ċara ta’ kemm il-Gvern Laburista għadu qed ikaxkar saqajh dwar dan il-kuntratt li qed jiswa lill-poplu Malti 300 miljun ewro. Bil-Ministru responsabbli mis-settur tas-saħħa jerġa’ jgħid li kollox se jibqa’ kif inhu… sakemm xi darba… jingħalqu d-diskussjonijiet.

“Dawk ix-xenarji kollha li konna kkontemplajna u għedna li huma miftuħa fil-bidu tad-diskussjonijiet, jibqgħu hemm sakemm id-diskussjonijiet jingħalqu.”

Sa mill-bidu nett ta’ din is-saga, il-PN dejjem saħaq li dan kien kuntratt li sar minn wara dahar il-poplu Malti. Kuntratt ta’ 300 miljun ewro li minnu l-Maltin u l-Ghawdxin spiċċaw ma ħadu xejn lura.