Internazzjonali

R. Kelly jinstab ħati dwar abbuż sesswali

Il-kantant Amerikan R.Kelly instab ħati li abbuża mill-fama tiegħu biex mexxa skema ta’ abbuż sesswali fuq nisa u tfal… abbuż li dam sejjer għal perjodu ta’ għoxrin sena.

Disa’ nisa u żewġt irġiel iddeskrivew kif ġew umiljati  sesswalment kif ukoll intużat il-vjolenza fil-konfront tagħhom mill-istess kantant.

R.Kelly li jibqa’ maghruf għall-kanzunetta “I Believe I can Fly”… intab ħati li ttraffika nisa fi stati differenti fl-Amerka.

Wara jumejn ta’ deliberazzjoni, il-ġurija sabet lil R.Kelly ħati tal-akkużi kollha li kien qed jiffaċċja. Dan ifisser li l-kantant Amerikan jista’ jeħel sentenza ta’ għomru l-ħabs.