Futbol Sport

Rebħiet għal PSG u Liverpool

(Ritratt: EPA)

PSG kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Manchester City f’dik li kienet l-aktar partita mistennija fil-ġurnata. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fit-8 minuta b’konklużjoni ta’ Idrissa Gueye. PSG irnexxielhom jikkontrollaw lill-avversarji minkejja li Manchester City kienu sfortunati li laqgħtu l-lasta. It-tim Franċiż għalaq il-partita fl-74 minuta meta kien Lionel Messi li skorja l-gowl tat-2-0. Dan kien l-ewwel gowl ta’ Messi bil-flokk ta’ PSG hekk kif l-attakkant Arġentin kellu bidu diffiċli f’Pariġi.

Fi Grupp B, Liverpool kisbu rebħa komda ta’ 5-1 kontra Porto f’partita fejn Liverpool ddominaw mill-bidu. Liverpool marru fil-vantaġġ wara 18-il minuta permezz ta’ Mohamed Salah, biex mbgħad fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem l-ewwel taqsima kien Sadio Mane li għamilom 2-0. Mas-siegħa logħob Liverpool għalqu l-partita b’gowl ieħor skorjat minn Salah. Porto naqsu d-distakk fil-75 minuta permezz ta’ Mehdi Taremi biex mbagħad, Roberto Firmino għamel l-iskor 4-1. Fit-83 minuta, kien għal darb’oħra Roberto Firmino li skorja l-ħames gowl għal Liverpool u t-tieni wieħed personali.

Atletico Madrid kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 fuq Milan. Rafael Leao fetaħ l-iskor wara 20 minuta, b’Milan disa’ minuti wara jisfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Franck Kessie. Atletico Madrid skorjaw il-gowl tad-draw lejn it-tmiem permezz ta’ Antoine Griezmann. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fis-seba’ minuta tal-ħin mogħti żejjed permezz ta’ penalty ta’ Luiz Suarez.

Real Madrid b’mod sorpriża kienu megħluba f’darhom minn FC Sheriff, Djasur Yakshibaev fetaħ l-iskor għal FC Sheriff wara 25 minuta, b’Karim Benzema jġib l-iskor indaqs fil-65 minuta. Il-gowl li ta r-rebħa lil FC Sheriff wasal fid-89 minuta permezz ta’Sebastien Thill.

Inter kienu miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls minn Shaktar Donetsk fl-Ukrajna. B’hekk Inter kisbu l-ewwel punt fi Grupp D wara li tilfu l-ewwel partita kontra Real Madrid.

Minn Grupp Ċ, wara l-bidu mill-aqwa tagħhom f’din il-kompetizzjoni, Ajax komplew b’rebħa konvinċenti oħra meta għelbu lil Besiktas 2-0. Steven Berghuis fetaħ l-iskor fis-17-il minuta filwaqt li l-attakkant Sebastien Haller għalaq il-partita fit-43 minuta b’gowl ieħor.