Wara li l-Ministru Justyne Caruana insistiet li kull klassi tal-primarja għandha għalliem u li kollox jinsab lest mingħajr problemi għall-bidu tas-sena skolastika għada filgħodu, għalliema peripatetiċi li tkellmu ma’ dan is-sit fl-aħħar ħin qalu li qed jirċievu telefonati jinfurmawhom li jridu jirrappurtaw fi skejjel partikolari sabiex jieħdu klassi.
Dawn l-għalliema jumejn ilu kienu infurmati li kellhom jirrappurtaw fi skejjel oħra sabiex jgħallmu s-suġġett tagħhom. Izda jidher li f’mossa ddisprata d-Dipartiment tal-Edukazzjoni llejla jinsab għaddej b’eżerċizzju ddisprat fejn qed isiru telefonati tal-aħħar minuta lill-għalliema i jordnawlhom jirraportaw fi skejjel partikolari u biex jieħdu klassi tal-primarja.
F’ċertu kazi saħansitra, jekk l-għalliema ma tweġibx it-telefon, id-Dipartiment qed jispiċċa jċempel lis-sieħeb jew sieħba tal-għalliem.
Il-Gvern fl-aħħar ħin preżenta fil-Qorti mandat ta’ inibizzjoni kontra l-MUT, sabiex ixekkel lill-union milli tħares l-interessi tal-edukaturi, li minn naħa tagħha qalet li dan jikkonferma kif il-Gver qed jipprova jagħmel sarima ma’ ħalq l-għalliema.
//= $special ?>