Lokali

Telqa f’diversi partijiet tal-Isptar Mater Dei

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Pazjenti kif ukoll ħaddiema fl-Isptar Mater Dei spiċċaw ixxukjati u ma setgħux jemmnu dak li raw b’ghajnejhom meta sabu katavri mgeżwra f’body bags f’kurutur taħt l-art. Dan wara li lift li jgħaqqad is-swali tal-isptar ma’ mina li tgħaddi bejn l-isptar u l-kamra mortwarja spicca bil-hsara.

Diversi persuni li għaddew minn dan il-kurutur u li tkellmu mal-gazzetta Times of Malta stqarrew li din is-sitwazzjoni li jkollok katavri fil-kurutur… hija tal-mistħija.

Jirrizulta, dejjem skont rapporti oħrajn, illi f’mument minnhom kien hemm 5 katavri fl-istess kurutur.