Coronavirus Lokali Saħħa

Tnaqqis fir-restrizzjonijiet għall-bars u ristoranti li jaċċettaw biss persuni mlaqqma

Bars, każini u ristoranti li jiddeċiedu li jaċċettaw biss persuni li huma mlaqqma biż-żewġ dożi se jkollhom tnaqqis fir-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID-19.

Dawk il-bars, każini u r-ristoranti li jilqgħu biss nies li jkunu mlaqqma, minn għada jistgħu japplikaw biex fil-weekend. mhux li ġej imma ta’ wara jkun hemm tnqasis fir-restrizzjonijiet. Id-distanza bejn l-imwejjed tinżel għal metru fuq barra u metru u nofs fuq ġewwa. Ħinijiet tal-ftuħ se jiġi estiż sas-2 jew 3 ta’ filgħodu skont il-liċenzja. Dan filwaqt li n-numru ta’ persuni madwar mejda se jitla’ għal 8.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne żied jgħid li hekk kif f’dawn il-jiem ingħata bidu għal sena skolastika ġdida, mhux eskluż li jkun hemm żieda fil-każijiet pożittivi. Dan apparti li fi ftit ġimgħat oħra jibda l-istaġun tal-influwenza li wkoll  jista’ jaffettwa s-sitwazzjoni tal-COVID.

Tħabbar ukoll li mill-1 ta’ Ottubru Malta se tkun qed taċċetta ċertifikati ta’ nies li jaslu Malta li jkunu tlaqqmu wkoll b’doża waħda tal-vaċċin. Pajjiżna se jkun qed jaċċetta wkoll ċertifikati mill-Malasja, is-Sawdi Arabja u Rwanda.

Mill-25 ta’ Ottubru se tibda tingħata t-tilqima tal-influwenza lill-persuni ta’ ‘l fuq minn 55 sena u dawk li għandhom mard kroniku. Tfal ta’ bejn is-sentejn u t-12-il sena se jingħataw spray minflok tilqima.