Lokali

Appell għal inċentivi favur ix-xogħol

Aktar milli niftħu l-bibien tal-pajjiż għall-barranin, il-Gvern għandu jaġġorna l-politika tieghu tax-xogħol.

Dan hu l-appell tat-Times of Malta, fl-Editorjal tal-Erbgha, b’ċanfira ċara għall-politika li uża l-Gvern Laburista fl-aħħar tmien snin u li, skont il-ġurnal, ma għenitx fil-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja.

It-Times qalet li l-Gvern għandu, fost l-oħrajn, jnaqqas it-taxxi għas-settur tax-xogħol, jinċentiva lil dawk li qed jaħdmu irregolarment biex jidħlu fl-ekonomija regolari, iżid gradwalment il-paga minima u jinvesti f’taħriġ għall-ħaddiema bla sengħa.

Il-ġurnal qal li dan kollu u aktar għandu jsir biex tkun miġġieda l-pjaga tal-għoli tal-ħajja, li kkonfermaha wkoll l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Dan meta l-akbar impatt qed jinħass fuq l-ikel, li hu essenzjali biex il-bniedem jgħix ħajja aħjar.

Fil-fatt fl-ahhar gimghat zdiedu l-prezzijiet ta’ prodotti bazici bhall-hobz, id-dqiq u l-butir. L-Editorjal tat-Times fakkar ukoll fl-istħarriġ li għamel il-ġurnal u li wera kif il-prezzijiet ta’ uħud mill-prodotti tal-ikel saħansitra għolew b’figuri doppji. Dan apparti zidiet fil-medicini, fost l-ohrajn.

Tags