Dillon Cassar, atleta fi ħdan il-Mellieħa Athletic Club, ħa sehem b’suċċess fl-EDP Rock ‘n’ Roll Running Series parti mill-Maratona ta’ Madrid . F’Madrid nhar il-Ħadd li għadda Dillon Cassar daħal fit-tieni post overall fejn għamel id-distanza ta’ 10 kilometri fi 30 minuta u 53 sekonda li kien it-tieni l-aħjar ħin tiegħu f’korsa tal-IAAF. Cassar f’Madrid kien flimkien mal-kowċ Rodney Cassar il-fisjosterapista Mark Spiteri u l-masseur Philip Cachia. Fost 7000 atleta , Cassar daħal wara l-atleta Olimpiku Carlos Mayo Nieto li daħal f’ 29 min u 37 sekonda u li fl-Olimpijadi ta’ Tokyo kien spiċċa fit-tlettax il-post fil-finali tal-10,000 metru. Dan huwa rizultat pożittiv ieħor għal Dillon Cassar fejn dan l-aħħar kiser ir-rekord nazzjonali tan-nofs maratona f’Berlin meta għamel id-distanza f’ siegħa , sitt minuti u 45 sekonda.
//= $special ?>