Internazzjonali

Fumio Kishida kważi konfermat bħala Prim Ministru ġdid tal-Ġappun

Fumio Kishida rebaħ it-tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Liberali Demokratiku (LDP) — b’kollox qed jindika li hu se jsir il-Prim Ministru ġdid tal-Ġappun wara  li Yoshihide Suga iddeċieda li jirriżenja mill-kariga wara sena fil-poter.

Kishida, eks-ministru għall-affarijiet barranin, irnexxielu jegħleb l-isfida tal-kandidat l-ieħor,  Taro Kono, u wieħed jista’ jgħid li l-istess Kishida hu kważi ċert li jilħaq PM grazzi għall-maġġoranza li qed igawdi l-LDP fil-Parlament..

L-ewwel impenn ta’ Kishida bħala Prim Ministru għandu jinvolvi t-tmexxija tal-kampanja elettorali tal-LDP, meta l-partit hu l-favorit kbir li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Intant, hu minnu li l-LDP tilef mill-popolarità matul is-sajf meta insista biex l-Olimpjadi ta’ Tokjo isiru xorta waħda minkejja l-oppożizzjoni tal-pubbliku fid-dawl tal-pandemija tal-Covid-19.