Il-Korea ta’ Fuq sparat it-tielet missila f’temp ta’ xahar.
Fl-aħħar sigħat, il-miltar tal-pajjiż spara missila ipersonika li ngħatat l-isem Hwasong-8. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-media tal-Istat li ddeskriva din l-arma bħala waħda mill-aktar ħamsa importanti fil-pjan ta’ żvilupp militari fuq perjodu ta’ ħames snin.
Din it-tielet missila sparata hija indikazzjoni ċara tal-avvanzi li qed jagħmel Pyongyang f’dik li hi teknoloġija fl-armamenti, minkejja s-sanzjonijiet imposti.
Missili ipersoniċi bħal din it-tielet waħda sparata mill-Korea ta’ Fuq huma missilli ferm aktar aġli minn dawk tradizzjonali u jagħmluha ferm aktar diffiċli biex ikunu interċettati minn sistemi tad-difiża intiżi propju biex jagħmlu dan.
//= $special ?>