Lokali

Il-Labour b’seba’ darbiet aktar ħin fuq l-aħbarijiet mill-PN

Analiżi dettaljata tal-kontenut li jixxandar fuq l-aħbarijiet tal-PBS turi li lbieraħ 57% tal-kontenut kien kollu marbut ma’ servizzi li matulhom jidhru l-Ministri u s-Segretarju Parlamentari tal-Gvern Laburista u l-komplament qajla ingħata leħen lis-soċjeta’ i ġenerali jew fehmiet opposti għal dawk tal-Gvern.

Il-Partit Nazjzonalista lbieraħ ġie rrappurtat waqt 8% biss tal-ħin allokat għall-aħbarijiet ewlenin fit-8pm.

Analisti tax-xandir nnutaw ma’ Net News li l-politika editorjali tal-kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM hija ħafna drabi marbuta mal-messaġġi li jkun irid iwassal il-Gvern jew inkella damage control tal-kwistjonijiet li jkunu għaddejjin fil-pajjiż. L-istess analisti qalu li eżempju ta’ dan kien is-servizz tal-aħbarijiet ilbieraħ lejlet il-ftuħ tal-iskejjel tal-Gvern fejn il-PBS għamel żjara f’waħda mill-iskejjel.

Imkien fis-servizz tal-aħbarijiet ma ssemmiet il-kwistjoni reali li għaddejja dwar in-nuqqas ta’ għalliema u l-messaġġi tal-MUT fuq il-każ.

Il-Kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM biex tiġġustifika il-politika editorjali tagħha qalet li hi tirrapporta skont il-valur tal-aħbar. Esperti fix-xandir pubbliku qalu lil Net News li l-kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM dejjem tħoss valur li tintervista lill-Ministri jew Segretarju Parlamentari iżda qatt ma ssemma kumment tal-esponenti tal-Oppożizzjoni.

Fl-aħbarijiet tat-8pm ilbieraħ, TVM semma intervisti ta’ tliet Ministri dwar aħbarijiet diversi. Madankollu fl-ebda mir-rappurtaġġ dwar x’taħseb l-Oppożizzjoni dwar it-Turiżmu jew dwar il-każ skandaluż tal-Vitals maxxandret l-ebda intervista.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-aġir tal-PBS juri li l-istazzjon nazzjonali hu maħtuf kompletament mill-Partit Laburista fil-Gvern. Il-PN wiegħed li jerġa jagħti lura l-istazzjon nazjzonali lill-Pubbliku billi jiżgura indipendenza fil-politika editorjali tal-kamra tal-aħbarijiet biex verament ix-xandir pubbliku jkun tan-nies.

Tags