Fil-konfużjoni li kkaratterizza t-tqassim tal-għalliema fl-iskejjel, għalliema li lbieraħ filgħaxija intalbu jirrappurtaw għax-xogħol xi skejjel primarji dalgħodu mal-wasla tagħhom hemm ġew infurmati li ma kienx hemm bżonnhom.
Il-President tal-MUT Marco Bonnici qal lil netnews.com.mt li uħud intbagħtu jistennew fil-kċina tal-iskola. Oħrajn tpoġġew fi klassijiet biex jgħindu lil għalliema oħrajn, filwaqt li uħud minn sħabhom tħallew jistennew fil-kurituri tal-iskejjel.
Dan kollu filwaqt li servizzi essenzjali li kienu joffru dawn l-għalliema bħal lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika, drama, arti, u servizzi oħra ta’ sostenn edukattiv importanti u li huma kruċjali speċjalment għal dawk l-istudenti meqjusa bħala l-aktar vulnerabbli, ġew imwaqqfa.
Marco Bonnici qal li dan kollu jixhed il-paniku li bih qed jitmexxa dan l-eżerċiżżju minn naħa tal-awtoritajiet tal-Edukazzjoni f’pajjiżna.
//= $special ?>