Internazzjonali Kurżitajiet

Kritiċi jfaħħru l-aħħar film ta’ Daniel Craig fir-rwol ta’ James Bond

No Time To Die qala’ tifħir minn kritiċi tal-films wara l-premier tiegeħu fir-Royal Albert Hall ilbieraħ.

Il-film beda jintwera xhur wara ma kien pjanat minħabba l-pandemija tal-Covid.

Kummenti minn esperti tal-films kienu jinkludu tifħir lil Daniel Craig fil-ħames u l-aħħar prestazzjoni tiegħu bħala l-Aġent 007 James Bond. Craig kien deskritt bħala preżenza kariżmatika mill-bidu sal-aħħar tal-film.

Skont il-kritiċi dan il-film jinkludi azzjoni, drama, xeni ta’ orrur u qsim il-qalb imma anke dik li hi meqjusa bħala t-timbru tal-films ta’ 007 – ċioè azzjoni xi ftit jew wisq eżaġerata li kull min imur fit-teatri taċ-ċinema biex jara l-films tal-aġent speċjali jkun qed jistenna.