Edukazzjoni Lokali

L-MUT tirreġistra ksur ta’ data tal-għalliema mill-Ministeru tal-Edukazzjoni

Il-Union tal-Għalliema dalgħodd rreġitrat ksur ta’ data mill-Ministeru tal-Edukazzjoni li fl-aħħar sigħat uża informazzjoni personali tal-edukaturi.

Il-Ministeru fi stat ta’ paniku kien qed jipprova jikkuntattja lil għadd ta’ għalliema sa dalgħodu biex jordnalhom jirrapporta għax-xogħol fi skejjel partikolari. Jidher li s-sitwazzjoni tant kienet iddisprata li l-Ministeru saħansitra beda jċempel fuq numri ta’ partners tal-għalliema fi ksur ċar ta’ data.

L-MUT qalet li l-Ministeru mhux suppost għandu aċċess għal din l-informazzjoni, u f’kaz li għandu din l-informazzjoni għandha tintuża biss f’każ ta’ emerġenza ta’ ħajja jew mewt.

Il-Union qed titlob lill uffiċju tal-Kummissarju dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data biex jintervjeni dwar dan il-ksur.