Mil-lejla fl-9.40pm, fuq Net TV jibda l-programm Frekwenzi
Frekwenzi huwa punt ta’ konverġenza fejn ħsibijiet u riflessjonijiet differenti fuq suġġetti varji u kif ukoll ġrajjiet kurrenti jiltaqgħu sabiex aħna nitkellmu u l-udjenza tirrifletti.
L-idea hija li konverżazzjonijiet każwali li jsiru bejn nies differenti ta’ kuljum, jitwasslu lill-ispettatur biex kemm jista’ jkun dak li qed isegwi jintebaħ li xi kultant ikun hemm iżjed minn opinjoni li hija valida u li forsi mhux dejjem hemm abjad u iswed biss iżda hemm il-griż, it-triq tan-nofs.
Frekwenzi se jixxandar kull nhar t’ Erbgħa fl-9:40pm, fuq Net Television, iżda tistgħu issegwuh ukoll fuq Facebook u Instagram.
//= $special ?>