Coronavirus Lokali Saħħa

“Noqgħod bieb ma’ bieb mal-klinika imma bagħtuni l-Floriana” – Anzjan ta’ 92 sena

Hekk kif anzjani li jgħixu f’darhom issa qed jirċievu l-appuntament biex jieħdu l-booster tat-tilqima tal-Covid-19, jidher li għal xi raġuni hemm numru minnhom li mhux qed jitħallew jieħdu t-tilqima fil-lokalità l-aktar qrib tagħhom.

Fost anzjani li tkellmu magħna, raġel ta’ 92 li joqgħod bieb ma’ bieb maċ-Ċentru tas-Saħħa tar-raħal tiegħu qalilna li ntalab imur il-Polyclinic tal-Floriana biex jieħu t-titqiba.

Mhux magħruf għaliex dawn l-anzjani qed jintalbu jieħdu dan l-iskariġġ żejjed minflok jinqdew mill-aktar post qrib tagħhom.