Il-Pulizija qed tinvestiga inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fi Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara.
Għall-ħabta tan-12.30pm, Il-Pulizija marret fil-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn Toyota Passo misjuqa minn raġel ta’ 29 residenti Birkirkara u Yamaha Virago misjuq minn
raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Qormi.
Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex
jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.