Lokali

Silvio Schembri ma jweġibx dwar il-Blockchain u l-Gaming

Il-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri mhux kapaċi jwieġeb domanda sempliċi: kemm hawn ħaddiema f’pajjiżna fil-qasam tal-blockchain?

Quddiem il-falliment fl-istrateġija sabiex pajjiżna jsir Blockchain Island, Schembri ma jafx iwiegeb kemm hawn persuni li ħobżhom huwa kompletament ibbażżat fuq dan is-settur…minkejja li meta kien għadu Segretarju Parlamentari kien hu li fuq quddiem imbotta din l-istrateġija.

Minflok jerfa’ r-responsabbiltà, Schembri għażel li jwarrab u jiskarta lil min ħames snin ilu kiteb l-abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Blockchain.  Dan hekk kif fl-2016 Steve Tendon kien parti integrali fil-kampanja tal-Blockchain Island tal-Labour…iżda issa, Tendon, qed jisħaq li l-Gvern Laburista għamel traġedja ta’ żbalji u li ma jridx ikun assoċjat aktar magħha.

F’e-mail mibgħuta lill-Membri tal-Blockchain Island Club huwa insista li b’atti kriminali, avvenimenti ta’ min jistmerrhom u korruzzjoni rampanti fil-kuriduri ta’ Kastilja…għalaq dan il-klabb u se jieħu pass lura mill-qasam ghax saħaq se jibqa jiġi assoċjat mal-gżira tagħna.

Iżda meta mistoqsi x’se jiġri mill-ħaddiema issa la sfaxxa kollox bħal ma qed jisħaq Tendon, Schembri ħarab mill-mistoqsija.

Dan kollu waqt it-tnedija tal-uffiċini ta’ Gaming Malta fiż-Żejtun, fejn proprju b’rabta ma dan is-settur…niċċa ekonomika xprunata minn Gvern Nazzjonalista, Silvio Schmebri lanqas ma kien kapaċi jwieġeb kemm għalqu jew ġew rilokati kumpaniji tal-gaming f’pajjiżna kawża tal-Greylisting tal-FATF.