Din is-sena, 39 sieħba f’BirdLife International tal-Ewropa u l-Asja Ċentrali qed jorganizzaw attività matul l-ewwel tmiem il-ġimgħa t’Ottubru biex wieħed josserva l-għasafar tal-passa. L-għan ta’ dawn il-jumejn hu biex jitqajjem għarfien dwar l-għasafar tal-passa, fosthom l-isfidi li jaffaċjaw waqt dan il-perjodu.
L-isfida tat-tibdil fil-klima qed tkun jeqjusa bħala l-iktar sfida serja. Iżda mhux biss. Ir-reklamazzjoni tal-art flimkien mal-kaċċa llegali qed inaqqsu ferm l-għasafar tal-passa. Fil-fatt, għal din is-sena BirdLife Partners qed jiffokaw fuq l-importanza u l-bżonn li nieħdu ħsieb in-natura ta’ pajjiżna biex nibqgħu noffru spazju u kundizzjonijiet tajbin għall-għasafar li jimmigraw lejn Malta. Wara kollox, in-natura hi l-abitat tagħhom.
F’Malta, BirdLife Malta se tkun qed tiċċelebra l-passa tal-għasafar permezz ta’ żewġ attivitajiet biex jikkontribwixxu f’EuroBirdwatch21. Fit-2 t’Ottubru se jsiru sezzjonijiet diretti ta’ bird ringing għall-pubbliku flimkien mal-ftuħ tar-Riserva Naturali tal-Għadira. Fit-3 t’Ottubru imbagħad se jkunu mistiedna l-familji fil-Buskett biex isir picnic u jsegwu l-passa tal-għasafar.
Ritratti: BirdLife Malta
//= $special ?>