Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’Kemmuna

Raġel ta’ 28 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu hekk kif sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fi Blue Lagoon, Kemmuna għall-ħabta tas-2.30pm.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna mill-membri tal-Emergency Response & Rescue Corps (ERRC) u ġie meħud il-Port tal-Imġarr. Hemmhekk, kien hemm ambulanza b’tim mediku li ħaditu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.