Il-Qatar se jkun qed jospita l-ewwel Grand Prix tal-Formula 1 f’Novembru li ġej hekk kif kien iffirmat kuntratt ta’ 10 snin. Dan il-Grand Prix se jkun qed isir bejn id-19 u l-21 ta’ Novembru fiċ-ċirkwit ta’ Losail.
Il-Qatar mhux se jkun qed jospita l-Grand Prix tas-sena d-dieħla hekk kif il-pajjiż se jkun iffukat li jospita t-Tazza tad-Dinja tal-futbol. Il-post fejn se jkun qed isir il-Grand Prix tal-2023 għadu mhux ikkonfermat iżda l-pjan huwa li dan il-Grand Prix jinżamm fit-toroq tal-Qatar.
Dan se jkun ir-raba’ pajjiż fil-Lvant Nofsani li se jkun fil-kalendarju tal-Formula 1 hekk kif diġa hemm dawk tal-Bahrain, Abu Dhabi u l-Arabja Sawdita. B’din it-tellieqa, jfisser li l-istaġun fadallu seba’ tlielaq oħra sa tmiem l-istaġun bl-aħħar tellieqa ssir f’Abu Dhabi.
//= $special ?>