Lokali Qorti

Il-kuntrattur akkużat b’feriti gravi wara li ħalla mpjegat tiegħu fuq bankina jinżamm arrestat

Il-kuntrattur Glen Farrugia ta’ 31 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ wieġeb mhux ħati li mingħajr ħsieb li joqtol ikkaġuna feriti gravi fost ħafna akkużi fuq persuna barranija li allegatament kien qed jaħdem bla permess ma ngħatax il-liberta proviżorja minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ u l-fatt li l-vittma għad irid jixhed.

B’kollox Farrugia ġie mixli b’20 akkuża, ħafna minnhom relatati fuq is-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol. Hekk kif il-Qorti ċaħdet it-talba u kien se jittieħed barra biex jiġi eskortat lejn il-ħabs l-akkużat infaqa jibki. Il-Prosekuzzjoni qalet li r-raġel mill-Gambja li instab abbandunat fuq bankina f’Selmun li spiċċat bl-ispina ta’ dahru miksura. Wara li qieset iċ-ċirkostanzi ta kif seħħ l-allegat reat u li l-vittma għad irid jixhed il-Qorti ċaħdet it-talba li saret mid-difiża.

Ritratt: Times of Malta / Caroline Galea

Meta saret it-talba għal libertà mid-difiża l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha minħabba n-natura tal-akkuża u l-fatt li lanqas kellu rimors għal dak li għamel. L-Avukat Franco Debono qal li hija biss l-ewwel akkuża li hija waħda gravi u li mhumiex qed jaqblu magħha, dik li kkaġuna ferita gravi volontarja. “Dan huwa każ ta’ ferita involontarja”, qal l-Avukat Franco Debono. Qal li l-akkużi l-oħra huma sekondarji fejn ir-reati huma żgħar ħafna. Semma’ wkoll il-preżunzjoni tal-innoċenza.

Id-difiża qalet ukoll li d-dritt tas-silenzja tagħtihlu l-liġi u fil-mument opportun se jagħti l-ispjegazzjoni neċċessarji. Dan wara li l-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat baqa’ silenzjuż. L-Avukat Debono qal ukoll li lanqas hemm il-biża li jistgħu jiġu kontaminati l-provi.

“Hemm xi biża’ li jaħrab minn Malta jew li ma jitlax il-Qort, meta dan għandu familja? Meta bagħtu għalih il-Pulizija, mar l-Għassa mill-ewwel”. L-Avukat Debono ma qabilx ukoll li ma saritx inkjesta fuq il-każ, għax kieku din saret id-depiżizzjonijiet kienu jiġu konservati.

Semma wkoll kif ir-rekord kriminali tal klijent tiegħu hu nadif. Kull ma kellu kien biss libertà ikkundizzjonata fl-2008. Qal ukoll li l-akkużat hu meqjus innoċenti sakemm jiġi pprovat bil-kontra. Il-ħaddiem mill-Gambia li tħalla fuq bankina f’Selmun kiser l-ispina ta’ dahru qalet l-Prosekuzzjoni hekk kif tressaq il-kuntattur Glen Farrugia mixli b’diversi akkużi serji b’rabta ma’ dan il-każ.

Ingħad li dan huwa każ fejn persuna li weġġa’ fuq il-post tax-xogħol ġie mċaqqlaq għal Selmun mill-Mellieħa u l-Pulizija ġiet infurmata. Il-vittma fuq il-post qal lill-Pulizija li Farrugia li telqu fuq il-bankina qallu biex jistenna l-għajnuna hawn.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia ġie kkonfermat mill-Prosekuzzjoni li Jaiteh Lamin, ta’ 32 sena tħalla fil-post u sofra minn feriti gravi bil-kuntrattur jiġi mixli b’għexieren ta’ akkużi. Id-difiża ikkontesta l-validità tal-arrest minħabba kif sar l-arrest tal-klijent tiegħu.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet miż-żewġ partijiet il-Qorti qalet li l-arrest huwa wieħed ġustifikat. Il-każ seħħ it-Tlieta meta Jaiteh Lamin, ta’ 32 sena raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Dun Franġisk Sciberras, fil-Mellieħa. Farrugia qed jiffaċċa akkużi kriminali li jinkludu wkoll is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Huwa ġie mixli mingħajr il-ħsieb li joqtol kkaġuna feriti gravi kif ġie ċertifikat mit-tabib Simon Micallef ta’ Mater Dei. Ġie mixli wkoll li bidel u traċċi tar-reat, naqas li jħares is-saħħa tal-impjegati biex ma jsir korriment jew mewt fuq il-post. Bħala persuna li jħaddem ma pprovda l-ebda taħriġ, li naqas ukoll li jiżgura saħħet il-ħaddiem u li jagħmel monoitoraġġ għall-prevenzjoni fejn tidħol saħħa tal-ħaddiem.

Ġie mixli wkoll li bħala persuna naqas li jidentifika l-feriti u jevbalwa r-riskji u jadatta x-xogħol għall-individwi, Naqas li jagħti nformazzjoni lill-ħaddiema dwar materji li jistgħu jaffettwaw kis-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol. Mixli wkoll li naqas li jara li x-xogħol jkun pjanat sew u jippreveni waqgħat u li juża tagħmir xieraq u xbiekis tas-sigurtà.

Ġie akkużat li ma għamel xejn biex jippreveni biex persuna jew oġġetti ma jaqgħux u li jkun hemm ilqugħ protettiv ta’ materjal tajjeb. Mixli wkoll bħala persuna li jħaddem li jara li ma jkunx hemm riskji u naqas mill-jagħmel evalwazzjonijiet.

Ġie akkużat ukoll li jħaddem ħames ħaddiema jew aktar naqas li jżomm kopja aġġornata fuq ix-xogħol u tagħmir fejn il-ħaddiema għandu jilbes tagħmir protettiv u għalkemm ħin għandu jintlibes. Jekk dan it-tagħmir jintlibes aktar minn persuna waħda, li jkun iġeniku u jaħdem sew u li javża l-peruan fuq it-tali tagħmir.

Ġie mixli wkoll li bħala Direttur ta’ J&G Farrugia Limited jinforma lill-jobsplus u li ħaddem persuni barranin bla permess. Ġie mixli wkoll fost oħrajn li bħala negozjant jew li kien inkarigat biex iħallas il-paga, naqas milli jħallsu festa pubblika fil-festa ta’ 21 ta’ Settembru li tammonta għal 120 ewro u li naqas li jħallas il-paga u l-overtime lill-vittma, ċifri li ma ħallas qatt u li lanqas li ħallas il-bonus u allowance ieħor.

Ġie mixli wkoll li qabad u naqqas il-paga u li dawn jaqbżu l-500 ewro, inkluż it-taxxa u l-bolla. Ġie mixli li fit-18 ta’ Settembru li jagħti nformazzjoni lill-ħaddiema fuq ix-xogħol tagħhom. Huwa ġie mixli wkoll li naqas iħallas vaganza bi bi ħlas.

L-Ispettur Frendo qal li l-akkużat ġie arrestat fl-għassa tal-Qawra wara li ġie msejjaħ minn surġent. Il-ħin kien għall-ħabta tas-1pm. il-vittma identifika lil min iħaddmu u tahom in-numru tiegħu. “Farrugia ġie minn jeddu,” staqsa l-Avukat Franco Debono.

L-Ispettur qal li ma kienx preżenti dak il-ħin. Debono hawn staqsa dwar x’ġara fil-mument tal-arrest tiegħu u Frendo ikkonferma li ma kienx preżenti u kienu uffiċjali oħra li arrestawh, u jista’ jiġi arrestat minn kull uffiċjal ta’ kwalunkwe grad mhux biss Spettur qal Frendo.

Tenna li Farrugia ttieħed l-għassa tal-Mosta u ġie mistoqsi fejn ma weġibx ħafna mistoqsijiet. L-Avukat Debono staqsa jekk intalbitx biex issir inkjesta bix-xhud iwieġeb fl-affermattiv, imma ġie nfurmat mill-Maġistrat li ma kienx hemm bżonn.

L-avukati Andrew Grima u Mattia Felice għal DIER qalu lill-Qorti li huma preżenti bħala rappreżentanti tal-uffiċċju, li jissorvelja l-liġi tax-xogħol. Debono argumenta li l-prosekuzzjoni hija obbligata ġġib provi diretti kif mitlub mil-liġi biex tiġġustifika l-arrest. Debono qal li ma hemm l-ebda evidenza konkreta ta’ x’wassal għall-arrest.

Debono insista li dak kollu li hemm f’dan l-istadju huwa “hearsay”. “L-arrest huwa l-iktar parti importanti tal-proċeduri. Il-liġi trid li inti tkun infurmat formalment dwar l-arrest tiegħek u r-raġunijiet għal dan, ” qal Debono. Il-vittma instab imweġġa’ u mitluq  fuq bankina fi Triq Selmun, il-Mellieħa. Għal Farrugia qegħdin jidhru l-Avukati Franco Debono u Matthew Xuereb. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Priscilla Caruana Lee u l-Ispettur George Frendo.