Il-ġlieda kontra r-razziżmu hija tema li kull ma jmur qed tingħata dejjem aktar importanza, kemm fuq bażi nazzjonali u anke fix-xena internazzjonali.
Net News kellu l-opportunità jitkellem mal-eks stilla ta’ Manchester United Dwight Yorke; personalità li llum huwa ambaxxatur tal-istess klabb u jmexxi kampanja kontra r-razziżmu.
Saqsejna lil Yorke kif il-midja soċjali bidlet il-mod illi bih isiru l-attakki abbażi tar-razza.
Dwight Yorke jibqa’ mfakkar għas-sehem tiegħu fl-iskwadra tar-Red Devils illi rebħet it-Treble fl-1999. Fil-passat, tkellem apertament dwar okkazzjoni partikolari meta kien vittma ta’ abbuż waqt partita tal-FA Cup. Dak iż-żmien, hu kien għadu parti mit-team ta’ Aston Villa.
It-tema tar-razziżmu reġgħet kienet fiċ-ċentru tad-diskussjoni anke wara l-finali tal-Euro 2020, meta tliet plejers ta’ ġilda skura – tat-tim Nazzjonali Ingliż – fallew penalties deċiżivi kontra l-Italja. U minn hemm, reġgħet bdiet kampanja qawwija biex fil-futbol tissaħħaħ il-ġlieda kontra r-razziżmu.
Yorke spjegalna kif ir-razziżmu, u l-attakki abbażi tal-kulur tal-ġilda, ma tantx inbiddlu minn meta kien jilgħab hu, u llum.
Tlabnih ukoll biex iwassal messaġġ lil dawk li llum huma vittmi ta’ dan l-abbuż.
//= $special ?>