Lokali Qorti

Is-sena Forensi kważi lura lejn in-normalità

Is-sena Forensi se tirritorna kważi lejn in-normalità tagħha meta għada l-Ġimgħa, l-1 ta’ Ottubru, fl-awla numru 22 tal-Qorti se jkun hemm is-solitu diskorsi mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Avukat Loius de Gabriele, l-President tal-Kamra tal-Avukati. L-unika differenza hija li l-awla se tkun ristretta biss għall mistednin u membri tal-media u mhux kif kien isir qabel, li avukati u membri oħra jistgħu jidħlu u jiffulaw l-awla. Dan minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Bħal ma dejjem kien isir qabel ma feġġet il-pandemija, is-sena Forensi, li timmarka l-ftuħ ta’ staġun ġdid tal-Qorti se tibda biċ-ċelebrazzjon tal-quddiesa fil-konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt, Valletta, ċċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, dejjem skont l-protokolli tas-saħħa pubblika. Is-sena l-oħra, l-quddiesa saret imma b’mod ferm ristrett. Issa ġew rilaxxati ħafna mill-restrizzjonijiet, meta kumparati ma’ dak inhar, bil-quddiesa bħas soltu se tibda fid-9.30am.

Iċ-ċerimonja tradizzjonali fil-Qorti se tibda fil-11.00am. liema ċerimonja ma saritx is-sena l-oħra wara ftiehem bejn l-Uffiċċju tal-Prim Imħallef u l-Kamra tal-Avukati. Is-sena l-oħra minflok is-solitu messaġġi fl-awla 22 tal-Qorti li ssoltu tkun mimlija b’ħafna mistiednin distinti u fil-preżenza ta’ ħafna avukati u l-media, saru messaġġi qosra mill-Prim Imħallef  Mark Chetcuti u l-Avukat Louis de Gabriele, l-President tal-Kamra tal-Avukati u li dan kien itbagħat lill-istampa.