Terz tal-aħbarijiet mxandra l-Erbgha fuq TVM, għal darb’oħra kienu kollha propoganda li jsemmu l-membri tal-Kabinett tal-Labour.
Il-PN gie rrappurtat 5 sekondi dwar is-sitwazzjoni fl-iskejjel tal-istat u madwar minuta fuq il-konferenza dwar il-bidla fil-klima fejn kien irrappurtat il-Kap tal-Oppożizzjoni ma ftit filmati mill-ativita’ li saret f’San Ġwann.
Analisti li jsegwu x-xandir pubbliku qalu lil Net News li l-iktar kontenut tal-aħbarijiet li ħalla nota fuq il-bulettin ta’ TVM kienu l-kummenti tal-ħaddiem li spiċċa tħalla fuq il-bankina f’Selmun. Dan ghaliex hareg b’mod car illi r-rapport ma kienx wiehed ricerkat mill-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS.
Esperti qalu li dan jixhed kemm il-kamra tal-aħbarijiet ta’ TVM qed tiddedika ħin biex tirrapporta biss aħbarijiet relatati mal-Gvern u qajla jkun hemm ahbarijiet investigattivi.
L-istess analisti li jsegwu kontinwament il-programmi u l-aħbarijiet fuq TVM qalu lil Net News li l-aġġornamenti kontinwi fuq TVM News+ qegħdin dejjem jirrepetu aħbarijiet fil-qosor li l-maġġoranza tagħhom ikun fihom messaġġi jew reazzjonijiet minn naħa tal-Gvern… iżda ftit li xejn jingħata ħin lill-Oppożizzjoni.
//= $special ?>