L-MUT ħarġet tikkundanna l-Ministeru tal-Edukazzjoni wara li ġew impjegati numru ta’ persuni li mhumiex edukaturi biex jaħdmu fl-iskejjel.
Dan ifisser li l-Ministeru għamel arranġamenti biex idaħħal servizzi minn barra biex jieħdu post xi servizzi li kienu jagħtu l-għalliema, b’nuqqas ta’ rispett lejn l-għalliema li investew ħinhom biex jispeċjalizzaw fl-oqsma rispettivi tagħhom.
L-MUT saħqet li dan juri biċ-ċar li hu sintomatiku tal-paniku li jinsab fih il-Ministeru kkawżat min-nuqqas ta’ konsultazzjoni u preparazzjoni.
Finalment, il-union qalet li mhux se taċċetta li persuni li mhumiex għalliema jidħlu fl-iskejjel sabiex jieħdu xogħol l-għalliema li ġew trasferiti lejliet il-ftuħ tas-sena skolastika. L-MUT qed twissi li lesta tieħu l-miżuri kollha meħtieġa jekk dan iseħħ.
//= $special ?>