Fl-Olimpjadi tax-xitwa li se jsiru f’Beijing fi Frar li ġej, l-atleti li m’humiex vaċċinati se jkollhom iservu 21 ġurnata kwarantina malli jaslu. Atleti li ma ħadux il-vaċċin minħabba raġunijiet mediċi se jkunu kkunsidrati.
L-organizzaturi qalu li l-biljetti se jkunu qed jinbiegħu esklussivament lin-nies li jgħixu ċ-Ċina hekk kif atleti vaċċinati se jkunu jistgħu jiċċaqalqu biss waqt it-taħriġ u l-logħbiet. Dawk kollha nvoluti fil-logħob se jkunu qed jiġu ttestjati kuljum.
Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qal li laqa’ l-aħbar li l-biljetti se jkunu qed jinbiegħu għal dawk li huma miċ-Ċina.
//= $special ?>