Futbol Sport

Leicester u Napoli megħluba

Leciester City kienu megħluba barra minn darhom 1-0 minn Legia Warszawa. F’partita fejn Leciester ddominaw il-pusses kien it-tim Pollakk li skorja l-gowl deċiżiv tal-partita fil-31 minuta meta kien Mehir Emreli fil-31 minuta li għamel l-iskor 1-0. Leicester għadhom mingħajr rebħa fi Grupp Ċ hekk kif fl-ewwel partita temmew fi draw kontra Napoli.

Mill-istess Grupp Napoli wkoll kienu megħluba, din id-darba minn Spartak Moscow bl-iskor ta’ 3-2. Kienu Napoli li marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita permezz ta’ Eljif Elmas. Fid-29 minuta, Napoli sfaw jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Mario Rui. Spartak Mosco approfittaw minn dan u fit-tieni taqsima skorjaw tliet darbiet permezz ta’ dopjetta ta’ Quincy Promes fil-55 u fid-90 minuta u gowl ieħor ta’ Mikhail Ignatov fit-80 minuta. It-tim Russu wkoll safa’ jilgħab bi player anqas meta fit-82 minuta tkeċċa Maximiliano Caufriez. Napoli naqsu l-iskor fil-ħin mogħti żejjed permezz ta’ Victor Osimhen liema gowl ma kienx biżejjed.

West Ham kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Rapid Wien, bil-gowl li ddeċieda l-konfront jasal fid-29 minuta permezz ta’ Declan Rice fejn s’issa qed ikollu staġun mill-aqwa fl-Ewropa hekk kif skorja fit-tieni partita konsekuttiva. Lejn it-tmiem kien Said Benrahma li għamilhom 2-0.

Fi Grupp D, Olympiacos għelbu lil Fenerbache 3-0. Tiquinho Soares poġġa lil Olympiacos fil-vantaġġ wara sitt minuti, filwaqt li dopjetta ta’ Giorgos Masouras fit-62 u fit-68 minuta taw rebħa ta’ 3-0 lil Olympiacos.