It-tennista Serb Novak Djokovic ħabbar li mhux se jkun qed jieħu sehem fl-Indian Wells wara li fil-finali tal-Open tal-Istati Uniti tilef kontra Daniil Medvedev.
It-tennista numru wieħed fid-dinja tilef numru ta’ tournaments mill-finali tal-Open tal-Istati Uniti. Djokovic rebaħ l-Indian Wells ħames darbiet u n-nuqqas tiegħu ifisser li Medvedev se jkun t-tennista bl-għola seed f’dan it-tournament. Id-Direttur tal-Indian Wells, Tommy Haas, qal li huwa ta’ diżappunt li Djokovic mhux se jkun qed jikkompeti f’dan it-tournament.
L-Indian Wells se jkun qed jintlagħab quddiem grawnds ippakjati fejn minkejja dan se jkun numru ta’ tennisti li mhux se jikkompetu fosthom, Ashleigh Barty, Naomi Osaka u Serena Williams. It-tennista Ingliża Emma Raducanu se tkun qed tieħu sehem wara li ngħatat il-wildcard.
//= $special ?>