Sport Sport Ieħor

Suċċess għal Malta fil-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Grupp ta’ 25 atleta mill-Malta Karate Federation ta’ età bejn 12 u 20 sena ħadu sehem fis-seba’ edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Karate.

It-tim Malti li kien akkumpanjat mid-Direttur Tekniku tal-MTF Jesmond Shcembri u mill-kowċ tat-tim nazzjonali Michelle Vella, Josef Antonelli u Joseph Mizzi kien qed jieħu sehem flimkien ma’ 320 atleta minn sitt pajjiżi differenta, bil-Maltin jirbħu 11-il midalja, 2 tad-deheb, 1 tal-fidda u tmienja tal-bronż.

Il-President Kenneth Abela u d-Direttur Tekniku tal-MKF Jesmond Schembri kienu eletti għal darb’oħra sabiex jiffirumaw parti mill-Kumitat tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Federazzjoni tal-Karate. Schembri qal li kien ta’ unur għall-Malta li tieħu sehem f’din il-kompetizzjoni filwaqt li rringrazzja lill-kowċis, l-atleti u l-ġenituri tal-kontribut tagħhom.