Illum, fl-Akkademja tas-Snooker il-Ħamrun, fl-aħħar jum tal-European Week of Sport għal din is-sena, SportMalta bil-kollaborazzjoni tal-Malta Billiards & Snooker Association ser torganizza logħba snooker fuq l-aħjar minn disa’ frames bejn Tony Drago u Alex Borg li f’dan l-isport kisbu unuri u riżultati prestiġjużi kemm f’pajjizna kif ukoll fix-xena internazzjonali.
Dan l-avveniment ser ikun wieħed minn sensila ta’ attivitajiet organizzati matul din il-ġimgħa waqt is-seba’ edizzjoni tal-European Week of Sport uħud minnhom magħrufa bħala //BeActive Night fejn fil-Kottonera ġiet imtella l-Obstacle Relay Race filwaqt li l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop ġie trasformat f’villaġġ sportiv fejn aktar minn 20 dixxiplina differenti ta’ sport ipparteċipaw. Fir-range ta’ Kandja tiraturi lokali kellhom kompettizjoni ta’ sparatura.
Fl-Akkademja tas-Snooker sar il-Be Active Tournament tas-snooker li għalih irregistraw 52 player li l-finali tiegħu ser issir ukoll waqt is-serata tal-lum. Din il-finali li ser tintlagħab l-aħjar minn seba’ frames u għaliha ikkwalifikaw Philip Ciantar u Brian Cini. Fis-semi finali Philip Ciantar xejjen l-isfida ta’ Chris Peplow 3-1 filwaqt li Brian Cini għeleb lil Glenn Axiaq 3-2.
Iż-żewġ logħbiet tal-lum ser ikunu trasmessi live fuq You Tube Channel permezz tal-link https://youtu.be/KtkBQyyBy6I.
Il-finali Be Active Tournament ser tibda fil-5 p.m. u warajha tintlagħab il-logħba ta’ esebizzjoni bejn Tony Drago u Alex Borg.
//= $special ?>