Internazzjonali

Franza: Eks pulizija żvelat bħala serial killer

Eks uffiċjal mal-pulizija militari Franċiża li kien instab mejjet fl-appartament tiegħu issa hu konfermat  bħala wieħed mill-agħar serial killers fl-istorja moderna tal-pajjiż u li l-media kienet laqqmitu  Le Grêlé. 

Qed jingħad  li r-raġel,  François Vérove, kien ammetta għar-reati qabel mewtu u issa nstab li d-DNA tiegħu jaqbel mat-traċċi li nstabu f’diversi crime scenes relatati mas-serial killer. Il-qattiel kien responsabbli minn diversi każi ta’ qtil u stupru f’Pariġi bejn l-1986 u l-1994 iżda r-reati baqgħu mhux solvuti qabel l-aħħar żviluppi.

Fost l-aktar reati xokkanti ta’ Le Grêlé kien hemm il-qtil ta’ tifla tal-iskola li seħħ fl-1986 waqt li l-avukati li qed jirrappreżentaw lill-vittmi tas-serial killer qalu li qatt mhuma se jkunu jafu r-reati kollha li seħħew taħt idejn Verove.

Is-serial killer qed ikun konness ma’ mill-anqas erba’ każi ta’ omiċidju u sitt każi ta’ stupru u l-awtoritajiet mgħandhomx dubju li ‘fadal aktar reati bit-timbru ta’ Le Grêlé e li għad iridu jkunu żvelati.’