Internazzjonali

Ġappun: Il-Prinċipessa Mako se tiżżewweġ wara kontroversja fit-tul

Wara snin ta’ kontroversja, il-Prinċipessa Mako tal-Ġappun se tiżżewweġ lil Kei Komuro (ara ritratt) – eks-sieħeb tal-klassi li ġej minn familja komuni – u fejn, ‘il quddiem, għandha tirrinunċja għall-istatus irjali.

Is-sorsi qrib il-Palazz ta’ Tokjo ikkonfermaw li ż-żwieġ se jsir fis-26 ta’ Ottubru wara li l-jum speċjali għall-koppja kien spiċċa popost, fl-2018, fost rapporti li l-familja ta’ Komuro spiċċaw f’diffikultajiet finanzjarji.

Missier Mako hu l-Prinċep Fumihito tal-Ġappun u l-movimenti tal-prinċipessa u Komuro – imlaqqmin bħala ‘(Il-Prinċep) Harry u Meghan’ tal-Asja – ilhom iż-żmien jattiraw l-attenzjoni sħiħa tal-media minn madwar id-dinja.