Lokali

“Kunu preżenza skomda għall-korruzzjoni”

“Nawgura li fl-irwol tagħkom tkunu preżenza skomda għal min jrid jgħix fil-ħażen, u sinjal ta’ tama għal min jrid jgħix fis-sewwa”. Hekk stqarr l-Aċisqof ta’ Malta Monsijur Charles Scicluna waqt il-quddiesa li mmarkat il-ftuħ tas-Sena Forensi…. li tagħti bidu għal sena ġudizzjarja oħra.

Waqt l-Omelija tiegħu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Scicluna stqarr li l-Qorti għandha tkun espressjoni ta’ risposta umana, serja u integra għall-għatx li għandu l-poplu għall-ġustizzja u għall-verita.

Monsinjur Scicluna qal li ġustizzja għandha tieqaf lill-kulħadd, inkluż lill-mafia; bħalma għamel il-Magistrat Rosario Levantino illi kien spiċċa maqtul mill-mafja.

L-Arcisqof fil-messaġġ tiegħu kien iebes ferm – u iddikjara li f’pajjiżna m’għandux jkompli jinxtered id-demm.