Lokali

Opinjonijiet varji miż-żgħażagħ matul il-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Numru ta’ żgħażagħ ipparteċipaw waqt il-Parlament Nazzjonali taż-Żagħżagħ tal-KNŻ fejn esprimew tagħhom fuq temi kurrenti u jipproponu r-rakkomandazzjonijiet taghhom.

Is-suġġetti diskussi matul is-sessjoni kienu:

  • il-Kaċċa Sostenibbli u d-Drittijiet tal-Annimaliż;
  • l-Spazji Pubbliċi għall-Użu Rikreattiv;
  • riforma Parlamentari mill-Elezzjoni sal-Leġislatura;
  • l-Agrikoltura u Sigurtà tal-Ikel, u;
  • knisja u Stat: Għandu jkun hemm Reliġjon Statali?

Is-Segretarju Ġenerali Kristina Filletti tkellmet dwar il-valur tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ, kemm għall-Kunsill, kif ukoll għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, filwaqt li Martina Grech, Direttur għad-Diskors Politiku tkellmet dwar l-impatt li għandu avveniment bħal dan fuq il-progress li jista’ jagħmel pajjiż. Ġabet eżempji bħal Vot 16 u d-Dikjarazzjoni ta’ Stat Nazzjonali ta’ Emerġenza fil-Klima.

Id-dibattiti saru fil-preżenza ta’ diversi Membri Parlamentari, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. L-avveniment sar fiżikament, skont ir-regolamenti tas-saħħa.