Internazzjonali

Stati Uniti: Disfatta għall-President Biden wara li ma jitteħidx il-vot dwar l-infrastruttura

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden sofra disfatta politika sinifikanti wara li l-Kungress ta’ Washington ippospona l-vot dwar pjan għall-infrastruttura li hu ekwivalenti għal aktar min 750 biljun ewro.

Intant, Biden u l-konsulenti tiegħu qed jippruvaw iħollu l-istaġnar meta wħud fost il-membri tal-Partit Demokratiku fil-Gvern qed jirrifjutaw li javvanzaw il-pjan sakemm il-Kungress jiffirma għal pjan separat dwar il-ġenerazzjoni tal-ġid soċjali u l-introduzzjoni ta’ miżuri fil-konfront tal-bidliet fil-klima.

Dan l-aħħar pjan, intant, hu ekwivalenti għal aktar minn 3.5 triljun ewro filwaqt li wkoll element importanti tal-aġenda tal-partit fil-Gvern. Fl-istess ħin, id-Demokratiċi liberali u  progressivi huma determinati li l-pjan jaqsam mill-proposti għall-fatti – waqt li d-Demokratiċi taċ-ċentru, għall-kuntrarju, iridu jnaqqsu radikalment mil-leġislazzjoni relatata.

L-abbozz ta’ liġi għax-xogħolijiet pubbliċi, ekwivalenti għal 11-il triljun dollaru, għandu japplika għas-sistemi tat-trasport ta’ rutina; is-sistemi tal-ilma, il-proviżjoni tal-broadband u proġetti oħrajn fl-Istati Uniti. L-istess abbozz, għalkemm igawdi livell ta’ appoġġ sinifikanti, qed ikun imexxel mid-Demokratiċi liberali li qegħdin jorbtuh mal-abbozz aktar ambizzjuż relatat mas-servizzi soċjali u l-bidliet fil-klima.

Dan l-abbozz għandu jżid it-taxxi għas-sinjur u l-korporazzjonijiet – bil-finanzi ġġenerati jkunu investiti fi programmi soċjali, fosthom edukazzjoni minn età żgħira; sentejn edukazzjoni fil-kulleġġi li jkunu finanzjati mill-Gvern; leave għall-familji bi ħlas u l-espansjoni tal-assikurazzjoni tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa.