Coronavirus Lokali

Tmut persuna oħra kaġun tal-Covid-19

Raġel ta’ 66 sena huwa l-aħħar vittma tal-Covid-19, bl-ammont ta’ persuni li tilfu ħajjithom kaġun ta’ dan il-virus issa tela’ għal dak ta’ 458.

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, pajjiżna rreġistra 14-il każ ġdid … filwaqt li 30 persuna kienu kkunsidrati li fiequ minn dan il-virus. Il-każijiet attivi issa niżlu għal 311.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li bħalissa huma 5 il-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei. U sal-Ħamis kienu ingħataw 822,097 doża tal-vaccin, bi kważi 12,000 minnhom huma dożi tal-booster.

Intant, dan ser ikun l-ewwel weekend fejn il-bars, każini u r-ristoranti ser ikunu qed igawdu minn tnaqqis tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19, fosthom d-distanza bejn l-imwejjed tinżel għal metru fuq barra u metru u nofs fuq ġewwa. Dan filwaqt li l-ħinijiet tal-ftuħ se jiġu estiżi sas-2 jew 3 ta’ filgħodu skont il-liċenzja …..u n-numru ta’ persuni madwar mejda se jitla’ minn sitta għal tmienja. Jekk dawn il-miżuri ma jkollhomx effett negattiv, mhux eskluż li jiġu estiżi wkoll għal stabilimenti oħra u tiġijiet.

Apparti dawn il-bidliet, Malta issa bdiet taċċetta ċertifikati ta’ turisti li li jkunu tlaqqmu wkoll b’doża waħda tal-vaċċin. Pajjiżna se jkun qed jaċċetta wkoll ċertifikati mill-Malasja, is-Sawdi Arabja u r-Rwanda.