Internazzjonali

“Wasal iż-żmien li l-Awstraljani jieħdu ħajjithom lura” – Scott Morrison

Minn Novermbru, l-Awstralja se tkun qed tiftaħ mill-ġdid il-fruntieri tagħha wara xhur ta’ restrizzjonijiet minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison, illi stqarr b’mod ċar li issa wasal iż-żmien li l-Awstraljani jirritornaw għan-normalità.

Għall-bidu, il-vjaġġi se jkunu permessi biss għall-Awstraljani stess. Imbgħad bil-mod il-mod il-kontinent se jkun qed jiftaħ anke għall-barranin.

S’issa, l-Awstraljani kienu qed jitħallew biss iħallu l-pajjiż f’każijiet eċċezzjonali. Ir-restrizzjonijiet fuq il-poplu Awstraljan ilhom fis-seħħ sa minn Marzu ta’ sena ilu, u kienu fost l-aktar miżuri riġidi fil-ġlieda kontra l-Covid.