Fi stqarrija Birdlife Malta qalet li l-massakruta’ erba’ Fjamingi li nqatlu illegalment minn kaċċatur fil-Ponta tal-Qawra jkompli jenfasizza l-urġenza tat-talbiet li saru fl-imgħoddi minn BirdLife Malta biex din iz-zona tiġi ddikjarata bħala post fejn ma tkunx permessa l-kaċċa.
L-istqarrija tkompli tgħid li din il-gżira żgħira tinsab f’pożizzjoni strateġika għall-għasafar tal-passa li jsibu kenn fuqha u bil-viċinanza tagħha lejn ir-Riserva Naturali tas-Salina mmexxija minn BirdLife Malta, l-għasafar li jkunu deħlin jew ħerġin mirriserva diġà spiċċaw kemm-il darba fil-mira tal-kaċċaturi f’dawn l-inħawi. Hija wkoll qrib ħafna taz-zona residenzjali tal-Qawra u fil-fatt ħafna lmentaw fil-passat dwar l-użu kontinwu ta’ apparat illegali tal-għajjat elettroniku, lejl u nhar. Dan apparti mill-fatt li tul l-aħħar xhur tal-istaġun tal-għawm, l-għawwiema ma jħossuhomx siguri għax ikunu jafu li ftit metri biss ’il bogħod ikun hemm il-kaċċaturi qed jisparaw fuq l-għasafar tal-plajja waqt li huma jkunu qed jgħumu.
Birdlife Malta qalet li dawn huma r-raġunijiet ewlenin għalfejn BirdLife Malta ilha tinsisti għal dawn l-aħħar snin mal-awtoritajiet konċernati biex din issir zona protetta u fejn ma tistax issir kaċċa. BirdLife Malta hija konxja li dan l-aħħar kien reġistrat progress dwar din it-talba, u l-NGO saħanistra kienet ippreżentata bi ftehim biex il-post jgħaddi taħt il-kustodja tagħha, imma dan kellu jiġi rrifjutat sakemm ma titwaqqafx il-kaċċa f’din iz-zona.
Qalet li bil-qtil illegali tal-għasafar kontinwament taħt il-lenti fil-proċeduri legali tal-Kummissjoni Ewropea fuq id-derogi ta’ Malta, il-massakru ta’ Fjamingi li seħħ illum żgur li mhux se jibqa’ għaddej qisu ma ġara xejn, u se jkun mistenni li tittieħed azzjoni.
Fid-dawl ta’ dan kollu BirdLife Malta qed tappella lill-Prim Ministru Robert Abela biex iħares il-Ponta tal-Qawra u l-għasafar li jtiru minn fuqha billi jiddikjara dawn l-inħawi bħala post fejn ma tkunx permessa aktar il-kaċċa. BirdLife Malta qed tistenna li dan iseħħ hekk kif il-pubbliku huwa rrabjat bil-problema tal-qtil illegali tal-għasafar f’pajjiżna.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana qal: “Waqt li dawn ilFjamingi kienu qed jinqatlu fil-Ponta tal-Qawra, tfal u familji kienu firRiserva Naturali tal-Għadira jgawdu s-sbuħija tan-natura f’wieħed mill-ftit santwarji tal-għasafar f’pajjiżna. M’hemm l-ebda dubju li Malta għandha bżonn issolvi l-problema tal-qtil illegali tal-għasafar, u dan jista’ jsir biss jekk jiġu mfassla aktar santwarji tal-għasafar u jerġa’ jingħata bidu għallproċess ta’ verifika tal-kollezzjonijiet tal għasafar ibbalzmati li bbenefikaw minn amnestiji tal-passat.
//= $special ?>