Coronavirus Lokali

Covid-19: Mara ta’ 35 sena titlef ħajjitha – sitt persuni fl-Isptar – ħadd minnhom fl-ITU

Mara ta’ 35 sena hi l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar id-459 vittma tal-pandemija f’Malta.

Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt kienu konfermati 24 każ ġdid ta’ Coronavirus filwaqt li fl-istess żmien, 21 persuni kienu meqjusa li fiequ. Għaldaqstant, il-każi attivi żdiedu marġinalment għal 313.

Ikomplu jonqsu in-numru ta’ persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei – sitt persuni. Ħadd minnhom ma jinsab fl-ITU.

Sa nhar il-Ġimgħa, ingħataw 13,720 booster dose tal-vaċċin.