Lokali

ILLUM: Maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Partit Nazzjonalista

F’għeluq l-ewwel anniversarju minn meta Bernard Grech inħatar Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, illum se tkun organizzata Maratona Ġbir ta’ Fondi mis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar ‘il quddiem.

F’intervent waqt il-programm Net Live, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino tkellem dwar kemm huwa importanti li l-media tal-Partit Nazzjonalista jkollha l-għodda kollha neċessarja biex ikun jista’ jitwassal l-messaġġ tal-Partit

Min-naħa tiegħu t-teżorier Mario Ellul tkellem dwar kif il-PBS sar qisu noticeboard ta’ Robert Abela. U għalhekk…il-bżonn immedjat li tkompli tissaħħaħ il-media tal-PN

Il-pubbliku jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu permezz tat-telephone, SMS jew billi jidħol fuq il-webiste www.kunilbidla.com/donate.

  • 51602003 – Għal donazzjoni ta’ €10
  • 51802011- Għal donazzjoni ta’ €25
  • 51902050 – Għal donazzjoni ta’ €50
  • 50618928 – SMS b’donazzjoni ta’ €6.99
  • 77105905 – BOV Mobile

Matul din il-maratona, wieħed se jkun jista’ jsegwi mill-qrib il-ħidma li qed issir fi ħdan il-clusters li qed ifasslu l-proposti tal-Partit Nazzjonalista.