Lokali

Tfittxija wara li l-pulizija sabet id-demm f’appartament fis-Swatar

Arkivji

Net News hu infurmat li għall-ħabta tas-7:30pm sar rapport lill-pulizija wara li instema’ xi għajjat fi Triq Mons. Innoċenż Sammut, fis-Swatar limiti tal-Imsida.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon, jidher li dan l-għajjat beda ġej minn blokka ta’ appartamenti u li appena waslu viċin tiegħu l-pulizija sabu xi demm malart fil-komun. Il-pulizija daħlu fl-appartament li iżda fih ma kien hemm ħadd. Mhux eskluż li seħħ argument jaħraq bejn numru ta’ persuni.

Bħalissa għaddejja tfittxija għall-persuna jew persuni li kienu involuti f’dan l-inċident hekk kif għadu ma nstab ebda agressur u lanqas ebda vittma.