Basketball Sport

Hibernians Basketball Club jippreżentaw l-pjanijiet tagħhom għall-istaġun li ġej

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-segretarju Ġenerali s-sur Anthony Cassar tkellem fuq
l-iskwarda żagħżugħa li se tkun qiegħda tifforma parti minn Hibernians Basketball Club
għall-istaġun li ġej.

Wara aktar minn sena ta’ sfida li fiha anki l-qasam tal-isports ħa daqqa kawża tal-pandemija, Hibernians Basketball Club iltaqa’ mill-ġdid sabiex jagħti bidu għal staġun ieħor li fih se jkun qed jikkompeti f’diversi diviżjonijiet u kompetizzjonijiet li tħejji l-Assoċjazzjoni tal-Basketball Maltija.

Fost diversi pjanijiet li hemm imħejjija għal futur, is-Sur Cassar elenka dawk l-iżjed importanti u li se jkunu qed jibnu l-bażi tal-klabb. “Irridu nibnu fuq is-suċċessi tal-passat, iżda bi skwada li tiffoka fuq il-futur permezz tat-talent li qed joffru ż-żgħażagħ. Frott il-ħidma tan-nursery tagħna, illum bosta mill-pleyers ta’ età żgħira kienu kapaċi jsibu posthom fit-timijiet tas-seniors ukoll,” stqarr is-Sur Cassar.

Ġew preżentati wkoll Christian Siderholm, Mason Vires u Kenyotta Jenkins tliet players
mill-Istati Uniti li se jkunu qed jifformaw parti mill-iskwadri tas-seniors ta’ din is-sena. It-tmexxija ta’ Hibernians Basketball Club qalet li l-introduzzjoni ta’ dawn il-plejers barranin se tkun qed tħalli l-effett tagħha wkoll u appellaw sabiex fl-ewwel appuntamenti tal-istaġun,
jattendu n-nies u jagħtu s-sapport tagħhom.