Lokali

Il-Kap tal-PN Bernard Grech qalb in-nies

Bħala parti mill-ewwel anniversarju minn mindu nħatar Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni, illum Bernard Grech kompla jiltaqa’ man-nies fil-lokalità Tas-Sannat Għawdex u wara fil-Mellieħa u l-Mosta fejn kellu l-opportunità jitkellem ma’ numru kbir ta’ familji, anzjani u żgħażagħ 

Dawn iż-żjarat qed isiru wkoll bħala parti mill-attivitajiet marbuta mal-Maratona Ġbir ta’ Fondi li l-Partit Nazzjonalista se jorganizza matul il-ġurnata tal-Ħadd mis-sagħtejn ta’ waranofsinhar ‘il quddiem.

Għada filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech mistenni jdur iktar lokalitajiet madwar Malta sabiex jisma’ dak kollu li għaddejjin minnu n-nies.