Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista saħaq li qed jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-istudju magħmul minn esperti internazzjonali dwar is-sistema tal-metro għal pajjiżna.
Il-PN fakkar kif bħala partit, kien diġa ppublika din il-proposta qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017.
“Intennu li sistema ta’ trasport effiċjenti u affordabbli huwa neċessita’ għal pajjiżna u ninkoragixxu lill-istakeholders kollha sabiex isemmgħu leħinhom fl-interess ta’ sistema li tibbenefika lil kulħadd u li fl-aħħar mill-aħħar tegħleb il-problema tal-konġestjoni tat-traffiku f’pajjiżna.”, temmet tgħid l-istqarrija tal-PN li ħarġet appena intemmet il-preżentazzjoni tal-pjan magħmul minn esperti għall-metro.
//= $special ?>