Ekonomija Lokali

Irkupru, Tkabbir u Suċċess – L-aħjar żmien għall-Bidla

Irkupru, Tkabbir u Suċċess – L-aħjar żmien għall-Bidla – hija din it-tema tad-dokument ta’ qabel il-budget, li għal sena oħra l-Partit Nazzjonalista, b’mod mill-aktar pozittiv u proattiv qiegħed jippreżenta.

Dan id-dokument kien preżentat mill-PN lill-korpi kostitwiti u l-imsiehba socjali fid-Dar Centrali waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha kien spjegat fid-dettal dan id-dokument. Dokument li jikkonċentra fuq 5 temi:

  1. Is-Saltna tad-dritt, ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna u l-Governanza tajba
  2. L-impatt tal-COVID-19 fuq l-ekonomija u s-soċjetà
  3. L-istat tal-finanzi pubbliċi
  4. Is-suq tax-xoghol
  5. U opportunitajiet ekonomiċi ġodda – għaliex il-PN jemmen li s-sitwazzjoni kif inhi bħalissa ttina opportunità li jkun hemm trasformazzjoni tal-ekonomija tagħna.

Proposti li fihom tibqa’ tingħata importanza lill-ambjent ta’ madwarna, b’aċċen partikolari lejn is-sotenibiltà – proposti li jindirizzaw ukoll l-problemi tal-għoli tal-ħajja, li diversi familji Maltin u Għawdxin qed jisħqu li għandhom jiġu indirizzati mill-Gvern.

Apparti minn hekk, il-Pre-Budget Document tal-PN jagħti wkoll ħarsa ħolistika lejn il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna kkumparata mal-bqija tal-Unjoni Ewropea u d-dinja.

Fil-kummenti tiegħu, il-Kap tal-PN, saħaq li “Hemm bżonn li kull Gvern juża’ t-taxxi tagħna bl-aħjar mod possibbli” fejn stqarr li “irridu ngħatu lura lill-poplu għal dak li qed iħallas” Bernard Grech fakkar li wara snin ta’ ghaqal fit-tmexxija taht Gvern Nazzjonalista pajjiżna kellu surplus fiskali fil-finanzi tal-pajjiz. Hu sahaq li taħt Gvern Laburista, is-sitwazzjon inqalbet ta’ taħt fuq minħabba l-uzu hazin ta’ flus il-poplu fost l-oħrajn bil-kuntratti ma’ Vitals, Steward u Electrogas: “Gvern li rabat lilna biex nonfqu miljuni kbar ta’ flus minghajr ma ninghataw servizz tal-ahjar kwalita.” Bernard Grech wiegħed li Gvern ġdid immexxi minnu se jaqta’ l-ħela u l-ineffiċjenza biex verament igawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario Demarco ta d-dettalji ta’ aktar minn 55 proposta li fih dan id-dokument. Proposti li huma direttament intizi biex il-kwalità tal-ħajja ta’ kull individwu tkun l-aħjar possibbli. Hu saħaq fuq l-importanza li l-bniedem ikun fiċ-ċentru tal-politka, l-importanza ta’ governanza tajba, l-importanza tas-sostenibiltà filwaqt li fakkar kif is-surpuss iġġibu billi taqta’ l-ħela u mhux bit-taxxi.

Mario Demarco spjega kif id-deficit ta pajjiżna huwa fost l-għola fl-Unjoni Ewropea… 12%. Filfat din is-sena, huwa proġettat li d-deficit ta’ pajjiżna jkun ta’1.6 biljun ewro. Dan ifisser li fl-aħħar ftit snin t-total tad-dejn pubbliku laħħaq total ta’ 2.6 biljun. Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-PN Bernard Grech u d-Deputat Mario Demarco kienu akkumpanjati mis-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino.

Idħol ara d-dokument hawnhekk.