Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li qed ikun akkużat li qatel erba’ fjammingi

Miguel Zammit ta’ 23 sena mill-Gżira ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u nbagħat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Huwa qed ikun akkużat li qatel erba’ fjammingi wara li spara fuq dan it-tajr protett fil-Ponta tal-Qawra.


Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Elaine Mercieca, l-akkuzat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża qalet li Zammit mhux reċidiv u li kkollabora b’mod sħiħ mal-Pulizija.  

Fi stqarrija l-pulizija qalu li għall-ħabta tas-7.30 tas-Sibt filgħodu, il-Pulizija rċeviet rapport li fl-inħawi ta’ Fra Ben, il-Qawra, kienu għadhom kemm ġew sparati tiri fuq tajr protett. Fuq il-post kien hemm vettura li allegatament kienet tal-istess persuna li spara t-tiri.

Bl-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta, ittellgħu tliet fjammingi mill-baħar, filwaqt li l-ieħor instab fuq il-blat.