Lokali

Jum ieħor ta’ propoganda favur il-gvern ta’ Robert Abela

X’ma semmiex il-PBS fl-aħbarijiet tat-8pm? Din il-mistosija ta’ kuljum wara x-xandir tal-bulettin ewlieni ta’ TVM.

Għal darb’oħra il-PBS il-Ġimgħa irrapporta 5 konferenzi tal-aħbarijiet jew attivitajiet organizzati mill-Gvern filwaqt li ta 6% tal-ħin allokat lill-messaġġi tal-Oppożizzjoni.

Il-Prim Ministru Robert Abela ġie kwotat u jidher tliet darbiet waqt il-Bulettin ewlieni waqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech deher darba waħda fl-attivita’ Parlamentari organizzata mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

Analisti li ta’ kuljum jagħmlu monitoraġġ tal-aħbarijiet ta’ TVM qalu lil Net News li l-kamra tal-aħbarijiet irrappurtat il-pjani tal-anzjani iżda ma rrappurtatx l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar dan il-qasam.

Dan hu eżempju ieħor ta’ kif il-PBS jirraporta biss l-aġenda tal-Gvern Laburista u jonqos mill-imparzjalita’ dwar diversi setturi u oqsma politiċi f’pajjiżna. Statistika miżmuma kuljum għal Net News turi li l-Ġimgħa l-PBS xandar 44% tal-ħin f’aħbrijiet li dehru jew instemgħu esponenti tal-Gvern u nies qrib il-Partit Laburista inkluż mart l-eks PM Joseph Muscat.